Qorti
Raġel akkużat li abbuża minn 4 ibniet taħt l-età

 

Raġel mis-Serbja li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-qorti quddiem il-Maġistrat Chairman Galea u ġie mixli li abbuża erbat ibniet taħt l-età. It-tfajliet kellhom bejn 12 u 15-il sena. Il-prosekuzzjoni ppreżentat lill-Qorti żewġ videos tal-pornografija tat-tfal.

Bojan Ambrus li għandu 39 sena kien diġà nstab ħati ta’ reati simili fil-Kanada. Ambrus li jaħdem bħala plumber ġie mixli li wettaq atti sesswali ma’ tfajliet taħt l-età, ġiegħlhom jagħmlu l-pornografija u li kellu l-pornografija tat-tfal. Ġie mixli wkoll li rreżista u li ħebb għal pulizija li marru biex jarrestawh.

Huwa qed jiċħad l-akkużi kontrih. Ambrus talab lill-Qorti biex ismu ma jkunx ippubblikat. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat u qalet li ma teskludix li Ambrus abbuża minn tfajliet oħra. L-Ispetturi John Spiteri u Paula Ciantar sostnew li jekk ismu jiġi ippubblikat, jista’ jkun hemm bniet oħra li ġew abbużati u jersqu ‘l quddiem biex jikxfu l-abbuż. Il-Maġistrat Galea ma laqgħetx it-talba tiegħu għal divjet fuq ismu. Huwa baqa’ miżmum arrestat.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar