Lokali
Raġel akkużat li abbuża sesswalment minn 5 itfal u li produċa filmati pornografiċi

Christopher Dalli ta’ 47 sena minn Ħaż-Żebbuġ tressaq il-Qorti akkuzat li abbuża sesswalment minn 5 minorenni li għandhom bejn 13 u 16-il sena. Fil-Qorti ntqal li l-abbużi seħħew fuq medda ta’ numru ta’ snin fejn wieħed mis-subien, li kellu 13-il sena kien imġiegħel jipparteċipa f’atti pornografiċi filwaqt li l-erba’ l-oħra kienu mġiegħla jkunu preżenti.

Dalli kien akkużat li kellu fil-pussess tiegħu u pproduċa filmati pornografiċi tat-tfal. Fil-Qorti ntqal li kienu dawn il-filmati li waslu lill-akkużat quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Id-difiża qalet li l-akkużat mhux qed jammetti l-akkużi migjuba kontrih iżda ma talbietx għall-helsien mill-arrest. Hija talbet biex isir evalwazzjoni psikoloġika tal-akkużat.

Uħud mill-vittmi llum huma adulti u għandhom il-familji tagħhom.  Il-Qorti ordnat li l-ismijiet tal-vittmi ma jixxandrux.