Kronaka
Raġel armat b’sikkina jisraq minn ħanut f’San Ġiljan – il-Pulizija bit-tfittxija għar-raġel

Il-Pulizija qed tifftex raġel li lbieraħ daħal jisraq f’ħanut f’San Ġiljan.

Is-serqa saret għall-ħabta tal-11pm minn ħanut fi Triq Santu Wistin.

Ir-raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.