Lokali
AĠĠORNAT: Raġel armat b’sikkina jisraq minn ħanut f’Ħal Tarxien

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq €100 flus kontanti minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ fi Triq Karlu Maratta għall-ħabta tan-nofsiegħa.

Ir-raġel talab lill-kaxxiera biex tagħtih il-flus kollha, kif ukoll il-cards tal-mobile li kellha fil-cash.

Il-Pulizija qalet li l-kaxxiera hija mara ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar. Taħdem magħha kien hemm ukoll Tuneżina ta’ 46 sena minn Bormla.

Għalkemm l-impjegati ma weġġawx, it-tnejn ingħataw kura għax-xokk minn tim mediku li ssejjaħ fuq-il post.

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga l-każ.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari bħalissa għandha 200 membru li għandhom marda rari. Dan qalitu ċ-Chairperson u Fundatriċi tal-Alleanza, Michelle Muscat, meta tkellmet f’attività fl-okkażjoni tat-tielet sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda…

Xogħol

Il-General Workers Union qed issejjaħ għal emendi fil-liġi tax-xogħol biex il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol jitwessa’ u jkopri lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’azjenda, inkluż dawk li m’humiex f’impjieg dirett…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi ħafna għal għada l-Ħadd 24 ta’ Frar. Jidher li r-riħ se jilħaq il-qawwa ta’ riefnu (forza 8-9) mal-jum ta’ għada. It-temp mistenni jkun imsaħħab…

Aktar