Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel jeħel 3 snin u nofs ħabs fuq bejgħ ta’ dokumenti foloz

Hamada Wajeeh Mohamed Taha Almobayed, Palestinjan ta’ 39 sena ntbagħat tliet snin u seba’ xhur ħabs wara li fil-Qorti ammetta li għen jew ta pariri biex jidħlu persuni f’Malta illegalment.

Ir-raġel kien arrestat wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni fuqu rigward bejgħ ta’ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz biex nies jidħlu jew joħroġu minn Malta, ilbieraħ, il-pulizija arrestatu waqt li kien f’Tas-Sliema fejn, minn tfitxxija fuqu nstabu wkoll ammont ta’ flus kontanti.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.