Kronaka
Raġel arrestat f’Birżebbuġa wara li nqabad bi qratas tal-kokaina

Raġel ta’ 21 sena li joqgħod iż-Żejtun ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija mill-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ġie nnutat jagixxi b’mod suspettuż waqt li kien f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija avviċinat lir-raġel u wara tfittxija, fil-pusses tiegħu nstabu xi qratas b’sustanza bajda suspettata kokaina, ammont ta’ flus u diversi mowbajls.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq b’arrest l-Qorti fil-ġranet li ġejjin.