Kronaka
Raġel arrestat fiż-Żejtun wara li nstab jistaħba fuq bejt ta’ residenza privata

Raġel ġie arrestat ilbieraħ wara li nqabad qed jisraq minn residenza privata fiż-Żejtun.

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija mis-sezzjoni tal-RIU, arrestat raġel ta’ 40 sena fi Triq il-Granmastru Perellos.

Il-Pulizija daħlu fir-residenza u sabu lir-raġel qed jistaħba fuq il-bejt u ġie arrestat minnufih.

Ir-raġel inżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti llum.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…

Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…

Aktar