Lokali
Arrestat raġel b’rabtiet ma’ organizzazzjoni mafjuża

Il-Pulizija rnexxielhom jarrestaw Taljan b’rabtiet ma’ organizzazzjoni Mafjuża li kien imfittex mill-awtoritajiet Taljani.

L-arrest mill-Pulizija Maltija seta’ jsir billi fil-konfront tar-raġel kien hemm Mandat ta’ Arrest Ewropew. Ir-raġel għandu 42 sena u kien joqgħod is-Swieqi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-arrest tat-Taljan sar f’operazzjoni msejħa “OP RICH” bis-sehem fost l-oħrajn ta’ Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra t-Terroriżmu. Il-Pulizija qalu li t-Taljan, li hu magħruf ħafna fi ċrieki tal-igaming f’Malta, se jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin biex jibda l-proċess biex jiġi estradit lejn pajjiżu. Fl-Italja hu kien imfittex minħabba assoċjazzjoni f’organizazzjoni, immaniġġjar u kollezzjoni ta’ imħatri u flejjes illegali biex jiffaċilitaw organizazzjoni mafjuża.

Mill-bidu tas-sena, il-Pulizija rnexxielha tarresta f’Malta sitt persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti li kellhom mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar