Droga
Raġel arrestat wara li nqabad bid-droga

Diversi jiem ta’ ħidma intensiva mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dwana wasslu għall-arrest ta’ raġel Rumen ta’ 31 sena.

Ilbieraħ filgħodu ġiet imwaqqfa vettura li kienet misjuqa mill-istess raġel u li kienet għadha kemm wasslet Malta minn Pozzallo. Wara tfittxija li saret fil-vettura, moħbija f’kompartament instabu diversi boroż li allegatament kien fihom il-pjanta tal-kannabis f’ammont ta’ madwar 6.5 kilogramma li kienu lesti għat-traffikar.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bis-sejba u ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada, b’akkużi relatati mal-importazzjoni u l-pussess aggravat tal-pjanta tal-kannabis.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar