Droga
Raġel arrestat wara li nqabad bid-droga

Raġel ta’ 22 sena minn Bormla ġie arrestat wara li nqabad bid-droga.

Investigazzjoni oħra mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga wasslet biex ilbieraħ tiġi  arrestata persuna b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga.

Wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni, tard ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) waqqfu vettura fi Triq il-Baċir, Raħal Gdid li kienet qed tinstaq minr-raġel.

Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuq ir-raġel, il-Pulizija sabet sustanzi suspetti droga eroina u kokaina lesti biex jiġu traffikati, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Ir-raġel ġie arrestat u ttieħed fil-lockup ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit  li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Ir-ragel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.