Kronaka
Raġel arrestat wara li daħal b’sikkina f’ħanut

Raġel qed jinżamm arrestat wara li għall-ħabta tas-2pm daħal b’sikkina f’ħanut tal-Melita fin-Naxxar.

Minn tagħrif miksub minn fuq il-post, ir-raġel hedded lill-ħaddiema tal-ħanut b’sikkina, waqt li talab lill-kaxxiera tgħaddilu l-flus. Immedjatament issejħu l-Pulizija fuq il-post u arrestaw lir-raġel.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ għalkemm tliet ħaddiema ngħataw il-kura fuq il-post minħabba li kienu taħt xokk.

Il-kumpanija Melita qalet li li wara l-attentat ta’ serqa l-ħanut ingħalaq biex isiru l-investigazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku dwar kejkijiet żgħar tad-ditta No Moo. Id-Direttorat qal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi…

Ambjent

Balavostri li nstabu mkissra fil-Barakka ta’ Fuq taw l-impressjoni ta’ att vandalu, iżda xhud fuq il-post qed isostni mod ieħor. Sezzjoni tal-balavostri biswit it-taraġ li jwassal għall-batterija tas-salut, instabu nieqsa…

Kronaka

Ħadd ma weġġa’ meta vann spiċċa fuq ir-roundabout magħrufa bħala tal-Imgħallaq, f’Ħal Qormi. Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-1.15pm. Pulizija marru fuq il-post biex jinvestigaw, bid-dinamika…

Lokali

Is-serata finali ta’ ‘X Factor Malta dalwaqt magħna… Is-Sibt 8 ta’ Frar l-MFCC, Ta’ Qali. Jekk trid tkun parti mill-udjenza dakinhar biex issegwi mill-qrib l-artisti favoriti tiegħek, ħaffef u ixtri l-biljetti  hawnhekk….

Aktar