Kronaka
AĠĠORNAT: Jingħata l-ħelsien mill-arrest ir-raġel li saq għal fuq is-siġġijiet max-xatt ta’ Marsalforn

Ir-raġel ta’ 30 sena li jgħix iż-Żejtun u li matul il-lejl li għadda allegatament saq b’manjiera perikoluża bil-vettura tiegħu f’Marsalforn u anke rreżista bil-forza li jiġi arrestat mill-Pulizija tressq il-Qorti t’Għawdex.

Huwa kien akkużat fost oħrajn li rreżista u hedded numru ta’ pulizija, li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi li ngħataw lilu u li fixkel xogħol il-pulizija.

Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-buon ordni, li kien fi stat ta’ sakra u li saq b’mod traskurat, perikoluż jew bla kont meta ma’ kienx
f’kundizzjoni li jsuq u li rrifjuta li jagħti kampjun tan-nifs.

Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Aktar kmieni:

Raġel ta’ 30 sena li jgħix iż-Żejtun kien arrestat matul il-lejl li għadda wara li allegatament saq b’manjiera perikoluża bil-vettura tiegħu f’Marsalforn u anke rreżista bil-forza li jiġi arrestat mill-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kienu għall-ħabta ta’ nofsillejl, x’ħin il-Pulizija fl-Għassa tar-Rabat, Għawdex, ġew infurmati li hemm raġel qiegħed ikisser xi umbrelel fil-bajja u anke saq bil-vettura tiegħu fuq is-siġġijiet li hemm max-xatt.

Intqal li waqt li l-Pulizija tad-Distrett kienu sejrin fuq il-post, mat-triq lemħu l-karozza li ġiet irrapportata lilhom li kienet qed tinstaq b’veloċita qawwija fil-karreġġjata l-ħażina u li kienet ġejja dritt fid-direzzjoni tal-Pulizija. L-Uffiċjali li kienu fil-vettura tas-servizz irnexxielhom jevitaw l-karozza tar-raġel filwaqt li baqgħu jsegwuha, iżda s-sewwieq injora s-sirena u żied fil-veloċità.

Il-Pulizija tad-Distrett, assistiti mill-Pulizija tar-RIU, irnexxielhom jiċċirkondaw u jwaqqfu lkarozza fir-Rabat. Ix-xufier ġie ordnat biex joħroġ immedjatament mill-karozza iżda ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u anke beda jhedded lill-istess Pulizija u fl-istess waqt irreżista l-arrest.

Wara xi ħin, il-Pulizija qalet li rnexxielha tikkontrollah u tarrestah fejn ittieħed lejn il-lock-up talPulizija, fir-Rabat, Għawdex, fejn baqa’ jkun aggressiv.

Minħabba li kien hemm suspett li huwa kien taħt l-effett tal-alkoħol, intalab jipprovdi kampjun tan-nifs, iżda wara li ġie imwissi diversi drabi, ir-raġel irrifjuta.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex, illum waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Simone Grech. L-investigazzjonijiet qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar