Kronaka
Raġel arrestat wara sejba ta’ droga sintetika

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat f’ħidma oħra kontra t-traffikar tad-droga.

Wara diversi jiem t’osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qiegħda tinstaq mir-raġel ta’ 29 sena. Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuq ir-raġel, instabu diversi pakketti b’sustanza allegatament droga sintetika u ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għall-aktar stħarriġ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.