Qorti
Raġel b’fedina penali daqs fuljett jiċħad li seraq ġojjelli minn villa

Raġel ta’ 39 sena mill-Qawra, li l-prosekuzzjoni ddeskriviet il-fedina penali tiegħu bħala “fuljett żgħir”, inżamm arrestat wara li kien akkużat li l-Ħamis seraq ammont ta’ ġojjelli minn villa f’San Pawl il-Baħar.

Patrick Cassar ġie akkużat ukoll b’attentat ta’ serqa mill-istess lokalità f’Marzu. L-imputat, li hu riċediv, wieġeb mhux ħati għall-akkużi.

L-Ispettur Godwin Scerri oġġezzjona għat-talba għall-ħelsien mill-arrest, għax qal li l-vittmi, li għad irid jixdhu, jeħtieġ li jiġu protetti.

L-imputat, li qal li jaħdem bħala bennej, ma weġibx meta mistoqsi mill-Qorti jekk għandux il-vizzju tad-droga.

Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest u appella lid-Direttur tal-Ħabs biex joffri l-għajnuna meħtieġa lill-imputat.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona kixef forn uniku u fdalijiet storiċi oħra ta’ żmien il-Kavallieri. Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr f’din il-berġa, dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf…

Kronaka

Fi stqarrija uffiċjali, il-Gvern qal li ħatar inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta…

Ambjent

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti, ħafna minnhom żgħażagħ inġabru u qed ikomplu jinġabru fi bliet madwar id-dinja fi protesta biex isejħu għal azzjoni immedjata favur il-klima dinjija. F’Malta wkoll, attivitsti…

Droga

Sejba ta’ madwar seba’ kilos ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ ammont ta’ trab abjad suspettat droga kokajina lesta biex tiġi traffikata saret bis-saħħa tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u membri tal-RIU. Parti…

Aktar