Kronaka
Raġel b’ġrieħi gravi wara li tilef kontroll tal-quadbike

Raġel ta’ 28 sena mid-Danimarka sofra ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni, ilbieraħ, tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.

Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera li kienet riekba miegħu ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.