Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara argument f’Għawdex

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi wara argument fiż-Żebbuġ, Għawdex.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50hrs fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ.

L-argument seħħ bejn żewġ persuni; raġel barrani ta’ 39 sena residenti Ħaż Żabbar li sofra xi ġrieħi u raġel ta’ 28 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Ir-raġel ta’ 39 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifakat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Dwar dan il-każ qed jinżamm ir-raġel ta’ 28 sena residenti Rabat.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.