Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara argument f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 38 sena, li jgħix il-Pietà weġġa’ gravi wara li allegatament ġie mbuttat waqt argument li nqala’ fi stabbiliment, bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fil-ħġieġ ta’ tieqa tal-istabbiliment. L-argument fl-istabbiliment fi Triq il-Wied, f’Ħal Qormi seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart tal-bieraħ filgħaxija.

Il-pulizija qalet li l-aggressur, raġel ta’ 41 sena minn Ħal Qormi, telaq minn fuq il-post, iżda iktar tard instab mill-pulizija u qed jinżamm għall-iktar stħarriġ.

Ir-raġel ta’38 sena, li kellu xi dmija, ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa għall-Kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Enerġija

L-Awtorità tal-Ippjanar għamlet numru ta’ emendi fil-policy dwar il-pompi tal-petrol, li huma bbażati fuq il-proposti li ġew sottomessi fil-konsultazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena. L-Awtorità qalet li fost it-tibdiliet,…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chairman, il-Kap Eżekuttiv u l-bord kollu tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA, li saħaq li hija istituzzjoni indipendenti u awtonoma. Dr Muscat ġie…

Aktar