Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara ġlieda b’sikkina fil-Qawra

Raġel ta’ 24 sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument m’ raġel ieħor fil-Qawra.

Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ ibieraħ, għall-ħabta tal-4.30pm, meta r-raġel, li hu mill-Gambja, mar fl-għassa tal-Qawra jirrapporta li ftit qabel, fl-inħawi ta’ Fra Ben, kien involut f’argument ma’ raġel ieħor u kien sofra xi ġrieħi, fejn x’aktarx kienet intużat arma li taqta u bil-ponta.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn instab raġel ta’ 40 sena mis-Sierra Leone, residenti Buġibba, li kien involut fl-istess argument mar-raġel l-ieħor, u li wkoll kien qed isofri minn xi ġrieħi.

Tim mediku ssejjaħ biex tingħata l-assistenza medika liż-żewġ irġiel, li ttieħdu l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.