Raġel bi ġrieħi gravi wara ġlieda f’San Ġiljan

Libjan ta’ 33 sena sofra ġrieħi gravi wara ġlieda li nqalgħet fl-inħawi ta’ Triq San Ġorġ f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm raġel ferut għall-ħabta tas-1.45 ta’ dalgħodu.

Minn stħarriġ preliminari tal-pulizija rriżulta li l-Libjan kien sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’argument ma’ persuna oħra, b’din tal-aħħar taħrab minn fuq il-post.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.