Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fl-Iklin

Raġel ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fl-Iklin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq il-Wied, fl-Iklin, meta r-raġel tilef kontroll tal-mutur tat-tip Piaggio li kien qed isuq, u waqa’.

Tim mediku tah l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.