Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident bir-rota fiż-Żejtun

Raġel ta’ 36 sena li jgħix Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi f’ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq Alfredo Cachia Zammit.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Seat Ibiza misjuqa minn raġel ta’ 24 sena minn Birżebbuġa u rota misjuqa mir-raġel minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tar-rota u permezz t’ambulanza ittieħed fl-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.