Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident fuq il-post tax-xogħol

Raġel ta’ 53 sena mill-Isla weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem fuq magna.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20am ġo fabbrika f’Ħal Far.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu l-vittma.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.