Lokali
Raġel bi ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur f’Birkirkara

Raġel ta’ 38 sena weġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fi Triq Mannarino.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu ħabta bejn mutur ta’ tip Kymco Downtown misjuq minn raġel ta’ 38 sena resdenti Ħal Balzan u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei, fejn iktar tard ġie ċċertifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Aktar