Kronaka
Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli fi Xrobb l-Għaġin

Raġel ta’58 sena miż-Żurrieq qed isofri minn ġrieġi gravi wara li waqa’ minn għoli fi Xrobb l-Għaġin.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar, fejn intalbet l-assistenza tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, membri tal-Forzi Armati u dawk tal-Protezzjoni Ċivili. L-operazzjoni ta’ salvataġġ inkludiet ukoll patrol boat u ħelikopter, bir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ġie salvat.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.