Kronaka
Raġel bi ġrieħi serji wara li nħaraq b’xemgħa fl-Imsida

Raġel ta’ 41 sena dal-lejl spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li sofra ħruq waqt li kien fir-residenza tiegħu fl-Imsida.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata għal xi t-3.00am mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni, għal xi nofsillejl, iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei għax kien sofra xi ġrieħi.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel sofra xi ħruq f’partijiet minn ġisimu, x’aktarx kawża ta’ xemgħa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi sejri.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace  ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.