Kronaka
Raġel bi ġrieħi serji wara li ntlaqat minn karozza

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi serji meta ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fi triq Joe Sciberras il-Ħamrun meta vettura misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Birkirkara laqtet lis-Sirjan aċċidentalment.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei minn ambulanza. Il-pulizija qiegħda tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Illum kienu kkonfermati 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa l-ammont totali ta’ persuni li ġew infettati laħaq 169. F’konferenza stampa, is-Supertendent għas-Saħħa Pubblika, Prof Charmaine Gauci, qalet li…

Kronaka

Nhar il-Ħadd li għadda ġie estradit minn Malta Christopher Guest More Jr, li kien wieħed mill-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa, qabel ma nqabad f’Malta f’Ġunju li għadda. L-awtoritajiet Maltin kienu involuti…

Konsumatur

It-traħħis imħabbar mir-regolatur f’dak li huma ċilindri tal-LPG b’effett minn għada se jkun ifisser li se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg fejn minn €16 issa se…

Aktar