Kronaka
Raġel bi ġrieħi serji wara li waqa’ fuqu għadd ta’ ħadid f’San Ġwann

Ħaddiem weġġa’ serjament f’San Ġwann meta waqa’ fuqu numru ta’ ħadid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann.

Ir-raġel huwa Libjan ta’ 26 sena, residenti San Ġwann u kien qed jaħdem fl-imsemmija fabbrika, meta seħħ l-inċident.

Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjana ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Desain, il-Birgu. Il-Pulizija qalet li raġel ta’ 61 sena residenti Ħal Tarxien kien qed isuq vettura…

Lokali

Stennija għall-Budget hekk kif illum il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla li huwa t-tielet Budget tal-Gvern f’din il-leġislatura. TVM ħejja skeda speċjali ta’ xandir tal-Budget. Ix-xandira fuq…

Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Aktar