Kurżitajiet
Raġel bil-Covid jitla’ fuq l-ajruplan liebes ta’ mara

Il-Pulizija Indoneżjana arrestat raġel li għandu l-Covid u li tela’ fuq l-ajruplan liebes ta’ mara.

Ir-raġel libes in-niqab, tip ta’ velu wżat min-nisa Musulmani li jgħatti l-wiċċ u jidhru biss l-għajnejn.

Huwa kien qed iġorr il-passaport ta’ martu u test negattiv tal-Covid li għamlet.

Ir-raġel inqabad wara li f’nofs titjira biddel il-ħwejjeġ u ndunat bih waħda mill-‘air hostesses’.

Kien wara li niżel mill-ajruplan li sarlu t-test u nstab li għandu l-Covid.

Il-Pulizija tal-pajjiż se tressqu fil-Qorti x’ħin jgħaddi l-perjodu tal-kwarantina.