Barranin
Raġel bla vuċi jirbaħ il-Britain’s Got Talent

Lee Ridley jew kif inhu magħruf Lost Voice Guy rebaħ il-Britain’s Got Talent 2018. Minkejja li huwa m’għandux vuċi ma ħallhiex id-diżabilità tiegħu milli żommu lura. L-abiltà tiegħu ta’ umoriżmu waslitu sabiex mhux biss jieħu sehem iżda jirbaħ il-Britain’s Got Talent.

Il-kummidjant ta’ 37 sena minn Newcastle jgħid diversi ċajt minkejja li ma jitkellimx. Huwa jagħmel dan permezz ta’ voice synthesizer.

Lee Ridley isofri minn cerebral palsy, kundizzjoni newroloġika fil-moħħ li timpedih milli jitkellem. Huwa seraq il-qlub ta’ bosta bil-kapaċitajiet tiegħu li jitfa’ t-tbissima fuq fomm in-nies.

Hekk kif tħabbar ir-riżultat Ridley kien eċitat ferm u beda jgħannaq lill-preżentaturi tal-programm. Huwa rebaħ £250,000 u ngħata l-opportunità biex jieħu sehem fir-Royal Variety Performance.

Intant fit-tieni post ġie Robert White u jsegwih il-kantant Donchez Dacres.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Barranin

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger. Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda…

Barranin

Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika u li bl-azzjonijiet tagħhom qed iwasslu għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Nhar il-Ħadd, Luigi di…

Barranin

Fir-Renju Unit, il-membri parlamentari bdew iressqu l-proposti tagħhom għal bidliet fil-pjani għal Brexit qabel il-vot skedat għall-ġimgħa d-dieħla dwar ftehim emendat tal-Prim Ministru Theresa May. Il-Prim Ministru May mistennija tiltaqa’…

Aktar