Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta fi Triq tal-Balal

Raġel ta’ 30 sena mil-Litwanja, li joqgħod San Pawl il-Baħar, illejla spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fit-Triq tal-Balal, limiti tan-Naxxar, għall-ħabta tas-6.00pm.

Il-ħabta seħħet bejn vettura Hyndai I20, misjuqa mil-Litwanjan, vettura tal-għamla Kia Picanto, misjuqa minnmara ta’ 32 sena li tgħix Ħaż-Żabbar u vettura oħra tal-għamla Daihatsu Sirion, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena li jgħix il-Mellieħa. Fil-vettura Daihatsu kien hemm ukoll passiġġiera mara ta’ 70 sena li tgħix il-Mellieħa.

Is-sewwieq ta’ 30 sena u l-mara ta’ 70 sena ingħataw assistenza minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu fuq l-post, u ttieħdu l-isptar Mater Dei b’żewġ ambulanzi.

Aktar tard ir-raġel ta’ 30 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara ta’ 70 sena sofriet minn ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward
dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ritratti © TVM