Lokali
AĠĠORNAT 2: Tuneżin fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina

Identifikat bħala Tuneżin ta’ 31 sena li joqgħod il-Floriana r-raġel li nstab mitluf minn sensih ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Miratur, fil-Floriana stess.

It-Tuneżin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ bil-ponta.  Huwa nstab midrub għall-ħabta tat-8.30pm. TVM huwa infurmat li aktarx li r-raġel qala’ bejn tlieta u erba’ daqqiet ta’ sikkina.

 Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.