Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq

Raġel ta’ 49 sena mill-Mellieħa weġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-Tumbarellu għall-ħabta tas-1.00pm.

Il-Pulizija qalet li minn tagħrif li kisbet fuq il-post irriżulta li ħajt ta’ madwar sitt filati kien waqa’ fuq il-ħaddiem.

Fuq il-post mar tim mediku minn Mater Dei li ħa lir-raġel l-isptar. Il-Pulizija qed tinvestiga.