Kronaka
Raġel ferut gravi wara argument fix-Xagħra

Raġel ta’ 58 sena sofra ġrieħi gravi wara li tard ilbieraħ kien involut f’argument fix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-28 t’April 1688 għall-ħabta tal-10.50pm.

Il-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ argument bejn raġel ta’ 45 sena u ieħor ta’ 58 sena, it-tnejn li huma joqgħodu x-Xagħra.

Waqt l-argument ir-raġel ta’ 58 sena ġie aggredt b’oġġett iebes. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi wara li mar fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Ir-raġel l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija qed tinvestiga.