Kronaka
Raġel ferut gravi wara li ttajjar f’Ħal Lija

Raġel ta’ 36 sena weġġa’ gravi meta ttajjar f’Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15 tal-lejla fi Triq il-Mosta.

Il-Pulizija qalet li r-raġel, li huwa minn San Pawl il-Baħar, ittajjar minn vettura BMW Z4 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena li jgħix San Ġwann.

Ambulanza ħadet lir-raġel milqut l-isptar Mater Dei. Il-Pulizija qed tinvestiga.