
Raġel sofra xi ġrieħi meta dalgħodu waqa’ għal isfel f’Ħaż-Żebbuġ. Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tas-6.30am.
Il-Pulizija qalet li r-raġel, li għandu 25 sena u joqgħod Ħ’Attard, waqa’ għoli ta’ madwar sular meta kien qed jagħmel xi xogħol.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…
Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…
Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…
Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…