Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel ferut wara li qala’ daqqa ta’ ċinga f’Ħal Qormi

Raġel weġġa’ ħafif wara li qala’ daqqa b’oġġett f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ dalgħodu quddiem garaxx f’Misraħ iż-Żebbuġ.

TVM infurmat li raġel għal xi raġuni beda jxejjer ċinga u laqat bih lil raġel ieħor.

Il-Pulizija marru fuq il-post u żammew lir-raġel li kien aġitat u aggressiv, u ħaduh fl-għassa għall-istħarriġ, fejn irriżulta li għandu bżonn għajnuna psikoloġika.

Ir-raġel li ntlaqat ġarrab ġrieħi ħfief f’rasu u ngħata kura f’ċentru tas-saħħa.