Kronaka
Raġel ferut wara li waqa’ f’Ħal Tarxien

Il-Pulizija ntalbet biex tassisti wara li nstab raġel mitluq f’nofs ta’ triq f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.15pm f’Paola Road.

L-ewwel tagħrif li għandu TVM jindika li r-raġel għandu 56 sena, u possibilment waqa’ meta kien taħt l-effett ta’ xi sustanza.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, iżda ma jidhirx li ġarrab ġrieħi serji.

Kawża tal-inċident inġema’ t-traffiku fiż-żona tal-madwar sakemm it-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.