Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel ferut gravi wara li waqa’ l-ġebel fuqu fl-Imsida

Raġel sofra xi ġrieħi wara li waqa’ l-ġebel fuqu f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.20 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied tal-Imsida.

Ir-raġel, li għandu 61 sena u joqgħod is-Swieqi, kien jinsab f’dan is-sit meta għal xi raġuni spiċċa parzjalment midfun taħt borġ ġebel.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku minn Mater Dei, li ħa lir-raġel l-isptar b’ambulanza, fejn iktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi f’riġlejh, fost feriti oħrajn.