Kronaka
Aġġornat: Arrestat ir-raġel involut f’aggressjoni b’sikkina fil-Marsa

Raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq ġarrab ġrieħi li ġew ċertifikati bħala serji waqt argument tard il-bieraħ filgħaxija fil-Marsa.

Il-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq it-Tiġrija għall-ħabta tal-10.30 p.m. wara li r-raġel safa aggredit b’sikkina minn raġel ta’ 32 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Għal xi ħin il-vittma kien fil-periklu tal-mewt iżda matul il-jum il-qagħda tiegħu marret għall-aħjar

Dwar il-każ, il-Maġistrat Joe Mifsud qed imexxi inkjesta bil-għajnuna ta’ diversi esperti.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-allegat aggressur ġie arrestat aktar tard waranofisnhar.