Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara argument f’San Ġiljan

Sqalli ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li safa’ aggredit minn persuna oħra.

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6am, ir-raġel mar l-Għassa ta’ San Ġiljan jitlob l-għajnuna minħabba li allegatament safa’ aggredit minn persuna oħra.

Ir-raġel kien ferut u kellu xi dmija u għalhekk il-Pulizija bagħtu għall-ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija qalet li jidher li għal xi raġuni qam argument bejn il-vittma u raġel ieħor f’appartament fi Triq Forrest, San Ġiljan. L-Isqalli sofra xi ġrieħi wara li allegatament safa’ aggredit permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.