Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ siġra

Raġel ta’ 32 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ siġra.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-5.45 fi Triq ta’ Xħajma, limiti tax-Xewkija, Għawdex.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.