Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn gaffa u trakk f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn żewġ inġenji fl-istess lokalità.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:30,  fi Triq Mikielang Sapiano, fejn sabu lill-ġuvni viċin ta’ gaffa u trakk tal-għamla DAF.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li huwa nqabad bejn l-inġenji meta kien qed iċaqlaqhom.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku kienu fuq il-post sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatello Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.