Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nstab imdemmi fi blokka appartamenti fl-Imsida

Raġel Brażiljan ta’ 43 sena, li jgħix l-Imsida, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li nstab minxur mal-art u mdemmi fi blokka appartamenti fl-Imsida.

Il-Pulizija qalet li kienu għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu x’ħin il-Pulizija fl-Għassa tal- Imsida rċevew telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza fi blokka ta’ appartamenti fi Triq tal-Ħriereb.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, li mill-ewwel sabu d-demm f’parti tal-komun ta’ appartament, u hemmhekk sabu lill-vittma bi ġrieħi f’rasu u f’wiċċu.

Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel x’aktarx waqa’ u ħabat rasu ma’ bieb ta’ wieħed mill-appartamenti.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar