Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn bajla tal-konkos fix-Xgħajra

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fix-Xgħajra.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 54 sena li jgħix Birkirkara, ġie milqut b’bajla tal-konkos waqt li kien qiegħed isir xi xogħol.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, filwaqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-GħassaDonatella Frendo Dimech li ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin