Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura

Raġel mill-Gambja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu intlaqat minn vann f’Tal Barrani.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ dalgħodu.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vann li ħarab minn fuq ix-xena. Waqt li bdiet it-tfittxija għall-vettura involuta fl-inċident, raġel Taljan ta’ 49 sena mar l-Għassa taż-Żejtun jirrapporta li kien laqat persuna.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta waqt li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar