Kronaka
Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn xi ġebel fir-Reverse Osmosis

Ħaddiem Somalu ddaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn xi ġebel fl-impjant tar-Reverse Osmosis, f’Pembroke.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.20am.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Somalu ta’ 29 sena weġġa’ serjament u fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata wkoll il-Maġistrat Marsanne Farruġia li qed tmexxi inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Raġel waqa’ madwar sular wara li ċeda r-railing ta’ gallarija. L-inċident seħħ fi Triq tan-Nawċiera, il-Qawra għall-ħabta tal-4.20pm. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux…

Lokali

F’Malta, il-President George Vella ltaqa’ mal-pubbliku fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Appella lill-Maltin biex jgħixu bħala aħwa. Il-President ta’ Malta George Vella qal “”jiena nixtieq li nwassal messaġġ ta’ tama u mħabba u…

Lokali

“U lil Ġesù għidtlu… itellifilix din ix-xewqa li niġi narak… u ġejt!” Dan kien kliem Manwela li għandha 86 sena u ma fallietx irxoxt wieħed. Minn ċkunitha, tistenna bil-ħerqa l-festa tal-irxoxt…

Lokali

Raġel ġie arrestat wara li ħareġ mandat t’arrest Ewropew. Wara jiem ta’ sorvelljanza, illum saret operazzjoni msejħa ‘OP RICH’ konġunta bejn membri tal-Intelligence u tal-Counter Terrorism Unit, fejn ġie arrestat…

Aktar