Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li qala’ tir b’arma tan-nar

Raġel ta’ 43 sena resident Ħad-Dingli jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’argument.

Għall-ħabta tas-6.30am il-Pulizija ġiet infurmta li raġel mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta wara li allegatament sofra xi ġrieħi waqt argument.

Il-Pulizija qalet li għal xi raġuni qam argument bejn żewġt irġiel waqt li kienu fl-inħawi magħrufa bħala ta’ San Ġakbu, Ħad-Dingli.

Ir-raġel sofra ġrieħi serji wara li qala’ tir b’arma tan-nar.

Il-Pulizija qed iżomm raġel ta’ 53 sena minn Ħad-Dingli għal aktar stħarriġ.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Neville Camilleri li ordna li ssir inkjesta.