Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum

Raġel ta’ sittin sena mill-Bosnja Herzegovina jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-akwati ta’ Fra Ben fil-Qawra.

Ir-raġel li joqgħod San Pawl il-Baħar intlemaħ f’diffikultà għall-ħabta tal-5.15pm.

Huwa ttella’ l-art minn żewġ persuni li inzertaw fuq il-post u li rawh f’diffikultà fil-baħar. Fuq il-post wasal ukoll tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar.

Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar