Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fil-Ħamrun

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dal-lejl kien involut f’inċident fil-Ħamrun.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Kbira San Ġużepp għall-ħabta tal-00.15am.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija irriżulta li raġel, li iktar tard kien identifikat bħala Chadjan ta’ 26 sena, safa’ milqut minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 27 sena li joqgħod l-Isla.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dan kien it-tieni inċident tax-xorta dal-lejl, fejn raġel spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar. Ara wkoll:

Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur li baqa’ sejjer