Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar hu u jaqsam it-triq f’Bormla

Raġel minn Bormla li għandu 42 sena, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn xufier ta’ taxi ta’ 34 sena miż-Żurrieq it-Triq San Pawl f’Bormla. L-inċident seħħ ilbieraħ ftit fit-tmienja u għaxra ta’ filgħaxija, x’ħin il-Bormliż kien qed jaqsam it-triq.

Fuq il-post marret ambulanza li ħaditu l-isptar fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji. Il-Maġistrat Gabriella Vella ħatret diversi esperi sabiex jassistuha fl-inkjesta filwaqt li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar